Għada partijiet f’Għawdex bla dawl

Bosta lokalitajiet f’Għawdex se jiġu affetwati minn qtuħ ta’ dawl f’xi ħinijiet għada hekk kif l-Enemalta se tkun qed tagħmel xi xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq in-netwerk tal-elettriku.

L-irħula li se jiġu affetwati huma Għajnsielem bejn l-4.30am u t-8.30am, is-Sannat bejn it-8.30am u n-12.30pm, ir-Rabat bejn it-8.30am u 12.30am u x-Xewkija bejn 8.30am u 12.30pm.

Liema toroq se jiġu affetwati?

  1. F’Għajnsielem: Triq J.F De Chambray, iż-żona taċ-Ċentru tal-Arti, iż-żona tal-Fundazzjoni Arka, Triq Dun Ġużepp Galea Rapa, Pjazza Madonna ta’ Loreto, Pjazza l-10 ta’ Diċembru, Triq ta’ Magħdija, Triq il-Gleneagles, Triq Sant’ Indrija, Triq l-Imġarr Sqaq numru 4, Triq Għajnsielem, Triq il-Ġnien, Triq Dun Speditu Tabone, Triq l-Imġarr, Sqaq Numru 3, Sqaq il-Balliju, Daħla tal-Briegħen, Triq Santu Liju, Triq Ċens l-Għarus, Triq ix-Xatt l-Aħmar u Triq ta’ Briegħen.
  2. Fis-Sannat: Triq il-Gruwa u Triq tal-Lewż.
  3. Fir-Rabat: Triq Patri Ġaċintu Camenżuli, Triq l-Ewrope, Triq MRO. Dirjanu Lanzon u Triq il-Belliegħa
  4. Fix-Xewkija: Triq tal-Lewż, Triq tal-Baqqari u Triq Sant’ Indrija.