Għada mistennija jiftħu l-banek f’Ċipru

Il-banek Ċiprijotti qed jagħmlu l-almu tagħhom biex il-bibien tagħhom jerġgħu jiftħu għada l-Ħamis. Il-banek ilhom magħluqin għall-klijenti għal aktar minn ġimgħa wara li ġie nnegozjat il-pakkett ta’ għajnuna finanzjarja mal-Unjoni Ewropea. Il-banek illimitaw l-ammont ta’ flus li jista’ jinġibed mill-ATMs, li kien ta’ kważi €100 kuljum. Il-limitu ta’ flus tnaqqas wara li l-ġimgħa ta’ qabel kien ta’ €260.
Il-Ministru Ċiprijott tal-Finanzi Michalis Sarris sostna li jkun diżastru ekonomiku u politiku jekk il-pajjiż joħroġ miż-żona ewro. Qal ukoll li l-kontroll kapitali mistenni jkompli fil-ġimgħat li ġejjin.