Għada l-Krimea tivvota għall-indipendenza mill-Ukraina

L-ewwel riżultati tar-referendum tal-Krimea mistennija joħorġu ftit wara s-sebgħa ta’ għada filgħaxija.
Il-poplu tal-Krimea se jkun qed jivvota jekk iridx jingħaqad mar-Russja, u b’hekk isir parti mill-Federazzjoni Russa.
Il-votazzjoni se tiftaħ għada fit-tmienja ta’ filgħodu u r-riżultat uffiċjali mistenni joħroġ it-Tnejn filgħodu.
Madwar 600 ġurnalist u 135 osservatur minn 23 pajjiż differenti jinsabu fil-Krimea biex jirrapurtaw ir-riżultati.