Għada l-katamaran għal Sqallija mhux se jaħdem

Il-kumpanija Virtu Ferries ħarġet avviż li l-vjaġġi skedati lejn u minn Sqallija għada kollha tħassru minħabba t-temp.

Fuq Facebook, il-kumpanija qalet li l-vjaġġi skedati għal għada huma posposti għall-Ħamis minflok.

Skont l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, għada mistenni jiżdied ir-riħ mit-Tramuntana għall-Majjistral li jlaħħaq sa forza 7.

Il-vjaġġi żejda se jsiru l-Ħamis fil-11am minn Pozzallo għal Malta u fis-6pm minn Malta għal Pozzallo. Kien hemm tibdil ukoll f’xi vjaġġi – issa se jkun hemm vjaġġ minn Malta għal Pozzallo fis-7.30am u minn Pozzallo għal Malta fid-9.30pm.

⚠️⚠️Re: WEDNESDAY 5TH FEBRUARY 2020 all voyages cancelled due to unfavourable sea conditions Kindly note that all…

Posted by Virtu Ferries Ltd. on Tuesday, February 4, 2020