Għada jsellmu lil Jessica fir-Rabat

Il-funeral tat-tfajla Jessica Micallef, li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr nhar it-Tnejn li għadda, se jsir għada s-Sibt.
Ħu t-tfajla qal fuq Facebook li l-funeral se jsir fis-2pm fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat.
Jessica, jew Jess, kif kienet issejjaħ lilha nnifisha fuq Facebook, ġiet deskritta bħala tfajla dejjem bi tbissima fuq fommha, ċajtiera, b’karattru tal-ġenn, dejjem lesta biex tgħin lil ta’ madwarha, mimlija enerġija u ħlewwa.
Skont il-Pulizija l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:25pm fi Triq Binġemma, meta Micallef fetħet il-bieba tal-karozza u allegatament qabżet minn ġo fiha u sofriet xi ġrieħi. Fuq il-post issejjaħ tim mediku però Jessica Micallef ġiet ikkonfermata mejta fuq il-post.