Irvelli Ħal Far: Għada jitressqu 24 persuna oħra

REUTERS/Darrin Zammit Lupi

Għada għandhom jitressqu l-Qorti 24 persuna oħra b’rabta mal-irvelli ta’ Ħal Far, skont il-Pulizija.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li llum ressqet 80 persuna l-Qorti b’rabta mal-istess inċident fil-lejl ta’ bejn l-20 u l-21 ta’ Ottubru.

Tliet persuni ġew akkużati li kkawżaw ġrieħi fuq pulizija, u li wettqu ħsarat fuq vetturi tal-pulizija. Huma wieġbu li mhumiex ħatja. Tmien persuni oħra ġew akkużati li taw in-nar lil numru ta’ karozzi u l-bini taċ-ċentru miftuħ. Dawn wieġbu mhux ħatja.

Skont il-Pulizija, 69 persuna oħra tressqu l-Qorti akkużati li ma obdewx l-ordnijiet tal-pulizija u li kisru l-paċi pubblika. Minnhom, 16 ammettew l-akkużi u ntbgħatu sitt ġimgħat fil-ħabs. Kien hemm ukoll 53 li qalu li mhumiex ħatja.

Irvelli f’Ħal Far: 16 jammettu; 65 jgħidu li innoċenti