Għada jiltaqgħu l-Amministrattiv u l-Eżekuttiv tal-PN

Għada se jkunu qed jiltaqgħu l-Kumitati tal-Amministrattiv u l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

Kelliem għall-PN qal lil Newsbook.com.mt li dawn se jkunu laqgħat ta’ formalità.

Spjega li issa se jibdew jintlaqgħu n-nomini għall-elezzjoni ta’ Kap tal-PN. Jekk ikun hemm aktar minn tnejn, il-Kunsill Ġenerali jagħżel massimu ta’ żewġ kandidati li mbagħad jgħaddi għall-vot finali.

Il-kelliem spjega li s’issa ħadd ma tefa’ n-nomina uffiċjali biex jikkontesta għall-elezzjoni. Però fakkar fi kliem Delia li qal li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni.

Is-Sibt li għadda l-Kunsill Ġenerali ddeċieda favur li ssir elezzjoni għall-kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan tħabbar illum wara perjodu ta’ votazzjoni fejn minn 1,630 Kunsillier ivvutaw 1,509.