Għada jiltaqgħu il-Prim Ministru u l-Arċisqof

Il-Prim Ministru, Dr Joseph Muscat, għada mistenni jiltaqa’ mal-Arċisqof Pawlu Cremona fil-Kurja tal-Arċisqof. Il-laqgħa tibda fil-11.00am.
Fil-laqgħa se jieħu sehem ukoll l-Isqof Awżiljarju u Vigarju Ġenerali, Mons. Charles J. Scicluna. Fi stqarrija, l-Kurja qalet li l-laqgħa se ssir f’forma privata u kif tintemm, il-Prim Ministru u l-Arċisqof mistennija jagħtu kumment lill-media.