Għada jilħqu l-qofol tagħhom iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Pulizija

L-attivitajiet fl-okkażjoni tal-203 snin mit-twaqqif tal-Korp tal-Pulizija jilħqu l-qofol tagħhom illum bil-parata u l-Innu Malti.
Għall-ħabta tat-8.30am se ssir il-parata mill-Gwardja tal-Unur f’Misraħ San Ġwann, imbagħad jindaqq l-Innu Malti mill-Banda tal-Korp.
Dan kollu jsir fil-preżenza tal-President ta’ Malta, id-Deputat Prim Ministru, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-Kummissarju tal-Pulizija.
L-attività tintemm b’quddiesa solenni fid-9am fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.