Għada jiftħu żewġ hubs oħra għall-ittestjar tal-coronavirus

Miguela Xuereb

Minn għada se jibdew joperaw żewġ ċentri oħrajn għall-iswabbing tal-coronavirus.

Iċ-ċentru l-ġdid f’Malta se jkun fil-Luxol Grounds f’Pembroke, u bħaċ-ċentru ta’ Ħal Farruġ, dan se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sat-20.00. Iċ-ċentru l-ġdid fit-terminal tal-helipad, fix-Xewkija Għawdex, se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-08.00 sas-14.00.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li dawk kollha li għandhom xi sintomi jċemplu 111 u mhux imorru minn jeddhom fiċ-ċentru. Dan filwaqt li qal li importanti li ħadd ma jmur iċ-ċentru bit-trasport pubbliku, b’taxi jew bil-mixi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn