​Għada jiftaħ l-istaġun tal-insib fil-ħarifa

Għada jiftaħ l-istaġun tal-insib fil-ħarifa. Is-Segretarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Annimali ħabbar dan wara li qal saru konsultazzjonijiet mal-Kumitat Ornis u ttieħdu in konsiderazzjoni l-aspetti legali, tekniċi u xjentifiċi.
In-nassaba liċenzjati individwalment għandhom limitu staġjonali ta’ 10 għasafar tal-għana.
Skont l-avviżi legali li ħarġu, l-istaġun tal-insib fil-ħarifa huwa għal seba’ speċi ta’ għasafar tal-għana, pluviera u l-malvizz għandu jinfetaħ bejn għada u l-31 ta’ Diċembru 2017.
Intqal li dan l-istaġun huwa miftuħ biss għal dawk in-nassaba li għandhom liċenzja speċjali tal-insib fil-ħarifa maħruġa mill-Wild Birds Regulation Unit.
Il-limitu ġenerali nazzjonali għall-għasafar tal-għana baqa’ l-istess bħas-sena l-oħra, jiġifieri ta’ 12,000 ġojjin, 800 gardell, 4,500 verdun, 2,350 ekru, 500 taż-Żebbuġ, 5,000 għall-isponsun, u 2,350 għall-apparell.
Il-limitu nazzjonali għall-pluviera ġie stabbilit għal 700, filwaqt li l-limitu nazzjonali għall-malvizz huwa ta’ 5,000.
L-insib għandu jiġu ssorveljat real-time permezz ta’ sistema ta’ rappurtaġġ telefonika min-nassaba.