Il-każ tax-xiri taż-żejt – Għada jibda jiltaqa’ l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi

Għada għandu jibda jiltaqa’ il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament dwar il-każ tax-xiri taż-żejt.

Il-kumitat se jiddiskuti r-rapport tal-Awditur Ġenerali li kien ħejja dwar il-mod kif inxtara ż-żejt bejn l-2008 u l-2011mill-Korporazzjoni Enemalta.  Din il-ġimgħa l-Kumitat se jiltaqa’ erba’ darbiet.  Darbtejn għada bejn id-9.30 am u s-1.00 pm, u bejn l-4.00 pm u s-7.00 pm imbagħad hemm skedata laqgħa oħra l-Erbgħa mid-9.30 am sas-1.00 pm u l-Ġimgħa filgħodu fl-istess ħin.

Hemm diversi persuni li mistennija jagħtu x-xhieda tagħhom.  Il-Gvern u l-Oppożizzjoni qed isejħu madwar 60 persuna biex jixhdu quddiem tal-Kumitat.