Għada jerġa’ jiftaħ parzjalment l-ajruport ta’ Brussell

Għada se jerġa’ jiftaħ parzjalment l-ajruport ta’ Brussell, 12-il ġurnata wara li kien attakkat mit-terroristi.
Awtoritajiet tal-ajruport qalu li tliet titjiriet ta’ Brussels Airlines se jtiru lejn destinazzjonijiet fl-Ewropa.
L-ajruport ta’ Zaventem ma kienx irċieva passiġġieri wara l-attakki fih u fil-metro, li kienu ħallew 32 persuna mejta. L-Istat Iżlamiku kien qal li hu responsabbli għal dawn l-attakki.
Sadanittant, l-awtoritajiet Belġjani arrestaw it-tielet suspettat b’rabta mal-attakki terroristiċi li seħħew f’Pariġi f’Novembru li għadda.