Is-Sibt jasal il-vaċċin kontra l-Covid-19

Vaccination

Read in English.

Is-Sibt, is-26 ta’ Diċembru, għandu jasal il-vaċċin kontra l-Covid-19. Il-Ħadd, imbagħad, għandha tingħata l-ewwel tilqima, lil infermiera li taħdem fl-Isptar Mater Dei.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne llum fakkar lill-poplu Malti fl-aħbar tajba tal-wasla tal-vaċċin għada, hu u jawgura l-Milied it-tajjeb lin-nies.

Għada filgħodu jasal il-#vaċċin – Merry Christmas!

Posted by Chris Fearne on Friday, December 25, 2020

Għada għandhom jaslu 10,000 doża tal-Covid-19, u l-Ħadd dan jibda jingħata lill-ħaddiema tas-saħħa fl-Isptar Mater Dei. Dan qed jitqies bħala l-ewwel pass fit-triq lura għan-normalità.

Mill-għada, it-28 ta’ Diċembru, ikomplu jitlaqqmu l-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei, u tibda tingħata t-tilqima lil dawk li jaħdmu fil-kura primarja u fiċ-ċentri tat-testijiet madwar Malta u Għawdex, kif ukoll fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Wara dawn, il-vaċċin jibda jingħata wkoll lill-anzjani.

Beħsiebek tieħdu l-vaċċin?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt