Għada jaf jinżel is-silġ

Il-paġna ta’ Facebook Gozo Weather Page qed tbassar li għada jista’ jinżel is-silġ (hail) matul il-ġurnata.

Għat-tbassir tat-temp għal għada, il-paġna qalet li qed tistenna wkoll maltempati bir-ragħad u xita. Ir-riħ mistennija jonfoħ b’massimu ta’ forza 7.

Detailed Weather Forecast For Sunday 14th October 2018Weather: cloudy with showers and thunderstorms which will be…

Posted by Maltese Islands Weather on Saturday, October 13, 2018

L-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li t-temp għal għada mistenni jkun ftit jew wisq imsaħħab u bix-xita minn ħin għal ieħor lokalment bir-ragħad.

Ħadd ma weġġa meta kmieni dalgħodu waqgħet gallarija ta’ dar f’Tas-Sliema. Ħadd ma kien jgħix f’din id-dar li tinsab fi Triq Patri Marjanu. It-triq kellha tingħalaq xi ħin għat-traffiku.