Għada filgħodu evita l-port ta’ Marsaxlokk

Triq il-Qajjienza se tkun magħluqa għat-traffiku għada bejn 10 ta’ filgħodu u nofsinhar hekk kif se jsir eżerċizzju ta’ rutina għa-sigurtà. Dan l-eżerċizzju se jsir b’kollaborazzjoni bejn San Lucian Oil Company Port Facility, il-Forzi Armati ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Pulizija u Transport Malta.

Minħabba li hi miżura ta’ sigurtà l-pubbliku ma jistax jkun viċin iż-żona waqt il-ħin li se tkun magħluqa. Għalhekk mhux se jkun permess għawm, sajd u ankraġġ tal-opri tal-baħar fl-inħawi tal-bajja ż-żgħira tal-Qajjienza.

Kemm it-trasport pubbliku u l-coaches mhux se jkunu affettwati.