Il-Ħamis iddikjarat Jum ta’ Luttu b’tislima lill-Kardinal Grech

Il-Gvern iddikjara li għada se jkun Jum ta’ Luttu b’tislima lill-Kardinal Prospero Grech.

Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti għall-funeral tal-Kardinal. Il-ġisem tiegħu kellu jasal Malta llum għall-funeral li se jsir għada. Il-Kardnial miet fl-età ta’ 94 sena fit-30 ta’ Diċembru 2019. Fi Frar ta’ tmien snin ilu, il-Papa Emeritu Benedittu XVI kien ħatru bħala t-tieni kardinal Malti.

Il-bnadar nazzjonali fuq dipartimenti u entitajiet tal-Gvern għada se jittajjru mezz’asta.

Newsbook se jkun qed ixandar LIVE l-Quddiesa ta’ tislima lill-Kardinal Prospero Grech fil-Katidral tal-Imdina. Il-quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna tibda fis-2pm.