Ġesù, Marija u Ġużeppi magħluqa f’gaġġa

Quddiem wieħed mill-eqdem Katidrali tal-Knisja ta’ Kristu fl-Istati Uniti fejn is-soltu jintrema fil-Milied ta’ kull sena b’xena tan-natività, din id-darba s-Sagra Familja tpoġġiet magħluqa ġo gaġġa bi protesta kontra l-politika ta’ immigrazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump.

Din id-darba minflok il-bhejjem, is-slaten maġi u l-grotta mżejna wieħed isib biss fence li jaqfel ix-xbihat tas-sagra familja. F’dan l-ispazju Marija għandha f’idejha lil bintha Ġesù bil-qiegħda fuq biċċa injama filwaqt li Ġużeppi jinsab ħdejha jħares l’isfel.

Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan qalu fil-Qorti l-ġimgħa li għaddiet li familji jistgħu jinżammu maqfula aktar mill-20 ġurnata stipulati minn sentenza tal-qorti preċedenti.

Ir-rettur u d-dekan tal-knisja ta’ Kristu, Fr Stephen Carlsen, qal li s-Sagra Familja mhix differenti mill-emigranti attwali għax anke hija pruvat taħrab mill-vjolenza. Skont il-Bibbja s-Sagra Familja ħarbet lejn l-Eġittu wara li Erodi ordna l-qtil tat-trabi subien kollha f’Betlem.