“Ġesù jgħallimna nuru ħniena, ġenerożità u gratitudni” – Papa Franġisku

Waqt l-Anġelus ta’ nhar ta’ Ħadd, il-Papa Franġisku tkellem dwar tliet lezzjonijiet li n-Nisrani jista’ jieħu mill-Evanġelju tal-ġurnata.
L-Evanġelju tat-18-il Ħadd matul is-sena, ippreżenta l-miraklu ta’ meta Ġesù, minn ħames ħobżiet u żewġ ħutiet, tema’ ħamest elef raġel.
Minn din il-ġrajja, il-Papa spjega li n-Nisrani għandu jieħu għalih il-virtuwijiet tal-kompassjoni, ġenerożità u gratitudni.
Il-Papa spjega li dan ir-rakkont jgħallimna “npoġġu l-bżonnijiet ta’ dawk li huwa fil-bżonn qabel dawk tagħna.” Fakkar kif Ġesù, għalkemm prova jsib post kwiet mad-dixxipli tiegħu, ma keċċiex lil dawk li marru warajh.
Dwar il-ġenerożità, il-Papa Franġisku qal li d-dixxipli riedu jibgħatu lin-nies jixtru x’jieklu, imma Ġesù jgħidilhom biex jagħtuhom huma x’jieklu.
Spjega li d-dixxipli rraġunaw skont il-loġika tad-dinja imma Ġesù rraġuna bil-loġika ta’ Alla. Żied li Ġesù m’għamilx maġija imma “sinjal li jistedinna jkollna l-fidi f’Alla, il-Missier tal-providenza, li mhux se jħallina mingħajr il-ħobżna ta’ kuljum.
Fl-aħħarnett Franġisku fakkar li n-Nisrani jeħtieġ juri l-gratitudni tiegħu, l-istess kif għamel Ġesù meta radd il-ħajr qabel qassam l-ikel. Saħaq li l-istess ħaġa nagħmluha waqt il-quddies, u għalhekk l-Ewkaristija hija l-aqwa mod kif in-Nisrani jista’ juri l-gratitudni tiegħu lejn Alla.