Ġesù bil-jeans u l-mużika rock f’xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija

Se jittella’ l-musical Jesus Christ Superstar, mill-4Teenth Productions fil-jiem li ġejjin f’xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija f’Ħal Qormi.
Il-4Teenth qalu li ilhom jaħdmu sentejn fuq din il-produzzjoni, u għalhekk il-pubbliku mistenni jattendi għal biċċa xogħol professjonali.
Il-musical innifsu kien kiseb fama mondjali l-ewwel darba li ttella’ fil-West End ta’ Londra fl-1970. Minn dakinhar, baqgħet iddur id-dinja, bi produzzjonijiet teatrali tagħha, b’rekord li jaqbeż il-$200 miljun.
Dis-sena, il-4Teenth se tippreżenta show totalment differenti mis-snin ta’ qabel, b’siltiet mix-xogħol oriġinali li qatt ma ġew ippreżentati sa issa.
Barra minn hekk, bl-għajnuna ta’ Giovann Attard, din is-sena x-xenarju se jkun qiegħed isir bi projezzjonijiet fuq tili fq il-ħajt b’efetti ta’ dwal li se joħolqu esprejenza unika lill-udjenza.
Il-produzzjonijiet se jittellgħu erba’ darbiet nhar l-Erbgħa tal-Irmied u Ħamis ix-Xirka fit-8pm, fid-9pm, fl-10pm u fil-11pm. Imbagħad fil-Ġimgħa l-Kbira filgħodu fid-9am, fl-10am, fil-11am u f’12pm.
Biex tordna biljett ċempel 79096060.
Din il-produzzjoni saret b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Mużikali San Ġorġ u l-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi.