Offri rigal għal Jum l-Omm

Il-Bank tal-Għoti tad-Demm qed jagħmel appell sabiex wieħed jikkunsidra li jagħti għotja tad-demm bħala espressjoni ta’ mħabba lejn nies li qed iġarrbu l-morr tal-ħajja.
Fl-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm qal li huwa tajjeb li wieħed jiftakar fl-ommijiet li jinsabu rikoverati fl-isptarijiet. Dan il-ġest juri sens ta’ rispett u mħabba lejn l-ommijiet kollha.
Min jixtieq jagħmel dan il-pass jista’ jmur fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8am sas-6pm.
Huwa possibli ukoll li tagħti d-demm fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 13 ta’ Mejju bejn it-8.30am u s-1pm se ikun disponibbli fil-parkeġġ tal-kumpless kummerċjali PAMA, fil-Mosta. 
Jew inkella fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex li nhar il-Ħadd 13 ta’ Mejju se ikun disponibbli għad-donazzjonijiet tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm
Huwa importanti li wieħed jieħu miegħu l-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan jew passaport Malti, u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll!