Ġest kbir minn Malta, nixtiequ li jimitawna oħrajn – l-Isqfijiet

Read in English.

L-Isqfijiet qalu li minkejja d-daqs, Malta se tkun qed tagħmel “ġest kbir” li huma jittammaw “li pajjiżi oħra jimitaw”. Dan qaluh b’reazzjoni għad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Gvern Malti biex il-vapur Lifeline jingħata permess jittrakka Malta wara jiem ta’ ħidma diplomatika biex tinsab soluzzjoni.

Fi stqarrija mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, l-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi qalu li japprezzaw id-deċiżjoni meħudha mill-Gvern li jagħti l-permess lill-bastiment Lifeline.

L-Isqfijiet temmew l-istqarrija billi esprimew il-gratitudni tagħhom lejn dawk kollha li qed jieħdu sehem f’din l-operazzjoni umana, b’mod partikolari l-Forzi Armati Maltin.