Gervinho lura fl-Italja

Parma ħabbru l-akkwist ta’ Gervinho mill-klabb Ċiniż Hebei China Fortune. L-eks plejer ta’ Lille, Arsenal u Roma ffirma kuntratt ta’ tliet snin. Gervinho qatta’ sentejn u nofs fil-belt kapitali Taljana qabel mar l-Asja f’Jannar tal-2016 għas-somma ta’ €18m. Hu skurja 26 darba fi 88 logħba għal Giallorossi.

Parma qed jippreparaw biex jagħmlu r-ritorn fis-Serie A wara li kisbu tliet promozzjonijiet konsekuttivi. Dan il-klabb Taljan kien falla finanzjarjament fl-2015 iżda rnexxielu jerġa’ jitla’ fl-ogħla diviżjoni wara li spiċċaw fit-tieni post fis-Serie B grazzi għal rebħa ta’ 2-0 kontra Spezia.