Gerry Scotti pożittiv għall-coronavirus

Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Fl-aħħar sigħat il-preżentatur ċelebri Taljan Gerry Scotti ħabbar b’mod uffiċjali fuq l-Instagram li huwa għandu l-coronavirus. Dan wara li kienu bdew jiġru xnigħat li personalità magħrufa tal-Mediaset kellha wkoll dan il-virus.

“Ridt inkun jien stess li ngħidikom,” kiteb Scotti lis-segwaċi tiegħu waqt li kkonferma li hu jinsab fid-dar taħt osservazzjoni medika.

Lil Scotti bħalissa qed narawh jippreżenta l-programmi Caduta Libera u Chi Vuole Essere Millionario kif ukoll narawh fil-programm Tu Si Que Vales, liema produzzjonijiet ġew irrekordjati xi zmien ilu.