Gerry Scotti: Joqtluh fuq Facebook imma għadu ħaj

Skont aħbar li ħarġet fuq l-internet u bdiet tinfirex fuq Facebook, “miet” il-preżentatur popolari Taljan Jerry Scotti.
B’xorti tajba iktar tard irriżulta li din kienet biss aħbar falza.
Din it-tip ta’ aħbar tissejjaħ bħala ‘fake’ u kienet tgħid li “Gerry Scotti ħassu ħażin fejn tabib ipprova jagħtih l-ewwel għajnuna iżda mbagħad kellu jiċċertifikah mejjet.”
Kien biss iktar tard li l-preżentatur innifsu Gerry Scotti, bit-ton umoristiku tiegħu, qal li issa li huwa “mejjet” ma jistax jiċħad din l-aħbar dwar il-mewt tiegħu stess.
L-aħbar il-falza kienet tgħid li Gerry Scotti ta’ 58 sena – li huwa l-iktar personaġġ popolari fuq it-televiżjoni Taljana – miet ftit qabel nofsinhar tal-lbieraħ.
Iżda iktar tard minn fuq Twitter stess, Gerry Scotti nnifsu tella’ messaġġ li kompla jirreferi għal din l-istorja fejn qal li ma jistax jiċħad l-aħbar dwar il-mewt tiegħu.
Kien hawnhekk li setgħu iserrħu rashom is-segwaċi tiegħu, li għall-ewwel kienu ħasbu li l-aħbar oriġinali kienet minnha.