Gerrard qrib li jġedded il-kuntratt ma’ Rangers

Steven Gerrard qed iqarreb biex jikseb ftehim ġdid ma’ Rangers. Skont il-gazzetta SunSport, Gerrard li għandu 39 sena kien iffirma kuntratt ta’ erba’ snin lura f’Ġunju tal-2018.

Il-ftehim il-ġdid li jidher li ġie offrut jestendi l-ftehim għal sentejn oħra, bil-għan li jgħin lil Rangers jilħqu l-aħjar forma tagħhom. Jidher li kollox se jkun imħabbar formalment fil-jiem li ġejjin. Dan wara li d-diskussjonijiet ilhom għaddejjin għal ġimgħat sħaħ.

Gerrard se jkun qed jispera li jgħin lil Rangers jirbħu l-ewwel trofew tagħhom fi tmien snin nhar il-Ħadd. Huma se jkunu qed jilagħbu kontra Hampden fil-finali tal-League Cup.