GermanWings: Lubitz kien kellem għexieren ta’ tobba dwar id-dipressjoni

Andreas Lubitz, il-bdot responsabbli mit-traġedja tal-GermanWings fl-Alpi Franċiżi, jidher li qabel ma wettaq l-att, kien talab għall-għajnuna.
Skont intervista li mal-aġenzija Associated Press, il-prokuratur ta’ Marsillja, Brice Robin, qal li qabel ma Lubitz kkawża l-mewt ta’ 150 persuna, kien “diġà kellem għexieren ta’ tobba” minħabba l-problemi ta’ dipressjoni li kien għaddej minnhom.
Min-naħa l-oħra, skont il-midja Ġermaniża, il-Kummissjoni Ewropea mistennija tieħu proċeduri kontra l-GermanWings talli ma rrispettatx ir-regoli Ewropej tal-ajru meta naqset milli taċċerta li l-bdot kien f’saħħtu.