Ġermanja: Pont itellef il-veduta

Jinfetaħ pont kontroversjali fil-Ġermanja wara snin ta’ nuqqas ta’ qbil. L-istruttura t’erbgħa rotot tat-traffiku nbniet fuq ix-xmara Elbe f’Dresden.

Il-pont tellef ix-xenarju tal-post, tant li l-belt tneħħiet mil-lista ta’ World Heritage Sites tal-UNESCO. Din hi l-unika sit fl-Ewropa li tneħħiet mil-lista. Il-UNESCO qalet li l-pont irrovina l-veduta tal-arkittettura barokka tal-palazzi.

Il-pont ġie nawgurat fi tmiem il-ġimgħa, flimkien ma’ ċelebrazzjonijiet fit-toroq. Għada jinfetaħ għat-traffiku.