Ġermanja: Jitilgħu għal 516 ir-rapporti ta’ fastidju sesswali

In-numru ta’ każijiet kriminali li saru waqt iċ-ċelebrazzjonijiet fil-belt Ġermaniża ta’ Cologne, żdied għal 516.
Il-Ministru Ġermaniża għall-Ġustizzja, Heiko Maas, qalet li l-awtoritajiet intalbu biex jistabbilixxu immedjatament jekk il-vjolenza ta’ Cologne hijiex marbuta mal-inċidenti li ġew magħrufa fl-ibliet l-oħra.
Il-Pulizija sostniet li 40% tal-każi rrappurtati jinvolvu allegazzjonijiet ta’ fastidji sesswali.
S'issa ġew identifikati 32 suspettat u 18 minnhom qed ifittxu kenn politiku.
Il-kanċillier Ġermaniż Angela Merkel ħabbret proposta li biha se tkun iktar faċli għall-awtoritajiet biex jiddeportaw r-refuġjati u l-immigranti li jwettqu xi reat.
Investigazzjonijiet oħra għaddejjin f’Ħamburg, fil-Ġermanja stess, kif ukoll fl-Iżvezja u fil-Fillandja fejn seħħew każijiet simili.