Ġermanja: Jidħol fi skola sekondarja b’arma tan-nar

Skola fil-Ġermanja ġiet evakwata b’urġenza wara li żagħżugħ daħal b’arma tan-nar.
Hekk kif l-għalliema fl-iskola Friedrick Ebert fil-belt ta’ Esslingen ġew allarmati bl-aħbar kienu ordnati biex jissakkru fil-klassijiet mal-istudenti.
Il-Pulizija għalqu l-aċċess għall-inħawi hekk kif bdiet tfittxija intensiva għaż-żagħżugħ.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma mal-midja internazzjonali li s-suspettat m’użax l-arma u li ħadd ma weġġa’ sakemm iż-żagħżugħ kien fl-iskola.
Iż-żagħżugħ ġie deskritt li għandu bejn is-17 u d-19-il sena kien liebes flokk aħmar, qalziet blu u nuċċali.
It-tfittxija għalih għadha għaddejja.