Ġermanja: Iż-żagħżugħ li qatel raġel f’supermarket ma kienx ġiħadist

Iż-żagħżugħ ta’ 26 sena li lbieraħ qatel persuna u darab sitta oħra b’sikkina f’supermarket f’Hamburg fil-Ġermanja hu Iżlamist.
Fi stqarrija l-Ministru għall-Intern Ġermaniż qal li r-raġel kien magħruf mas-servizzi tas-sigurtà Ġermaniżi, pero bħala Iżmalist u mhux bħala ġiħadist.
Hu żied jgħid li ż-żagħżugħ isofri minn problemi psikoloġiċi.
Il-Pulizija Ġermaniża kkonfermat li ż-żagħżugħ ma kellux nies jaħdmu miegħu u li kien l-uniku moħħ wara dan l-attakk.