Ġermanja: Ħaddiema fis-settur pubbliku jsegwu strajk minħabba l-pagi

Fil-Ġermanja, matul il-ġurnata tal-lum, ħaddiema fis-settur pubbliku segwew strajk.
Diversi ħaddiema fosthom infirmiera fl-isptarijiet, dawk li jiġbru l-iskart, dawk li jipprovdu t-trasport u anke dawk li jaħdmu fiċ-ċentri ta’ matul il-jum kollha ħadu sehem f’dan l-istrajk.
Il-unjin tal-ħaddiema Verdi qed titlob għal żieda ta’ 3.5% fil-pagi kif ukoll €100 aktar ta’ kull xahar mal-paga ta’ kull ħaddiem.
Il-Gvern Ġermaniż qabel li għandha tingħata żieda, iżda ntqal li dak li qed jintalab mill-unjin huwa esaġerat.