Ġermanja: Eluf jipprotestaw kontra l-Iżlamiżmu tal-Ewropa

Nies li ma jridux li l-Punent jintrebaħ mit-twemmin Iżlamiku, għal darb’oħra niżlu jipprotestaw fit-toroq tal-Ġermanja. 
Il-protesti mill-Ewropej Patrijottiċi ilhom isiru minn Ottubru li għadda. 
Għall-protesta tal-bieraħ filgħaxija fi Dresden, b’kollox kien hemm madwar 18,000 persuna, l-akbar ammont ta’ dimostranti li qatt attendew sa issa. 
Iżda fl-istess ħin, grupp ta’ nies favur li l-Ewropa u l-Punent ikunu ddominati mill-Iżlam, bdew ixekklu l-protesta, att li ġie kkundannat mill-politiċi Ġermaniżi. 
F’Berlin, il-pulizija qalu li kien hemm madwar 5,000 dimostrant li ppruvaw jagħmlu bsaten fir-roti. 
Fi Stuttgart, Muenster u Hamburg jidher li kien hemm 22,000 persuna jipprotestaw favur l-Iżlamiżmu tal-Ewropa.