Ġermanja: Angela Merkel fuq quddiem bi 42% tal-voti

Ftit sigħat biss wara li għalqet il-votazzjoni fl-elezzjoni ġenerali fil-Ġermanja, kollox jidher li Angela Merkel kisbet il-maġġoranza tal-voti.

Dan hekk kif il-Partit tad-Demokristjani kiseb 42% tal-voti, iżda l-partit li fl-aħħar snin kien qed jiggverna f’koalizzjoni ma’ Merkel mhux bil-fors kiseb il-5% tal-voti li hemm bżonn biex jiżgura postu fil-Parlament.

Għaldaqstant kollox jindika li Merkel se jkollha tmexxi f’koalizzjoni mal-Partit tas-Soċjalisti Demokratiċi li x’aktarx kiseb 25% tal-voti. Merkel diġa għamlitha ċara li tinsab preparata biex taħdem mas-Soċjalisti Demokratiċi f’koalizzjoni bħalma ġara bejn l-2005 u l-2009.

Kien rappurtat li aktar persuni ħarġu jivvutaw mis-snin preċedenti, hekk kif sas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar kienu ħarġu jivvutaw 41% tal-votanti u dan meta mqabbel mas-36% ta’ dawk li vvutaw fl-2009.