Ġermanja: 40 persuna jitilfu ħajjithom f’ħabta bejn żewġ karozzi tal-linja

40 persuna tilfu ħajjithom wara ħabta bejn żewġ karozzi tat-trasport pubbliku fil-Ġermanja.
L-inċident seħħ kmieni dalgħodu f’waħda mill-highways viċin Dresda.
Mill-ewwel investigazzjoni jirriżulta li wieħed mis-sewwieqa tilef il-kontroll, daħal fil-barriera u spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq fejn baqa’ dieħel f’vettura oħra żgħar.
Skont il-kelliem għall-pulizija lokali dawk li tilfu ħajjithom kienu kollha mill-Polonja.