Ġermaniż jibda għaddej ġuri dwar involviment fl-ISIS

Ġermaniż, suspettat li kien involut f’ċellola tal-Istat Iżlamiku fis-Sirja li twettaq torturi fuq ħaddieħor, beda għaddej ġuri f’Dusseldorf fil-Ġermanja qalb sigurtà stretta.
Ir-raġel ta’ 25 sena, imsemmi biss bħala Nils D, kien arrestat is-sena li għaddiet meta rritorna pajjiżu mis-Sirja.
Minn dakinhar ‘l hawn hu stmat li ta mal-40 intervista lill-Pulizija fejn ta informazzjoni riservata.
Ir-raġel kien jifforma parti minn taqsima li kienet tittortura lil militanti li jkun iddispjaċihom u li kienu jippruvaw jaħarbu.