Ġermaniż fil-Qorti wara li ma riedx iħallas għal-lift tal-barrakka

Operatur tal-lift tal-Barrakka jinsab akkużat li ta daqqa ta’ ponn lill-raġel ta’ nazzjonalita Ġermaniża, wara li dan irrifjuta li jħallas għas-servizz tal-lift tal-barrakka. Dan jiswa biss ewro.

Fil-Qorti intqal kif il-Ġermaniż li jaħdem hawn Malta, beda jsostni li ma riedx iħallas għax kien diġa qed iħallas ħafna taxxi.

Id-daqqa ta’ ponn kissret in-nuċċali tal-Ġermaniż, li allegatament kien jiswa €350. L-operatur tal-lift, Mario Antonelli mill-Belt Valletta, kien ordnat iħallas din l-ispiża.

Il-każ qed jinstema quddiem il-Maġistrat Carol Peralta.