Aġġornata: M’għadux fil-periklu tal-mewt is-sewwieq tal-mutur Olandiż

Aġġornata 20:14
L-Olandiż li kien involut f'inċident tat-traffiku fi Triq Testaferrata, Ta' Xbiex, m'għadux fil-periklu tal-mewt.
Aktar kmieni
Raġel Olandiż jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara inċident tat-traffiku li seħħ fil-lejl li għadda.
Hu mifhum li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3:15am meta r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Piaggio Runner fi Triq Testaferrata, Ta’ Xbiex.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn hemm ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni.