Ġermaniż akkużat li ffroda €32,000

Ġermaniż ta’ 46 sena li jgħix f’Ta’ Xbiex ammetta fil-Qorti li ffroda l-imgħallem bi €32,000.
Huwa ammetta li kien ftiehem ma’ kumpanija barranija li tiddepożita l-flus fil-kont bankarju personali tiegħu.
L-akkużat ammetta b’kollox tmien kapi ta’ akkuża li tressqu kontrih u sostna li kien lest li jħallas lura s-somma f’pagamenti kull xahar.
Il-Qorti ordnat li l-assi tal-Ġermaniż jiġu ffriżati u d-deċiżjoni se tingħata fid-29 ta’ Jannar li ġej.