George Vella jiltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali l-ġdida tal-Commonwealth

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella kellu l-ewwel laqgħa uffiċjali tiegħu mas-Segretarju Ġenerali l-ġdida tal-Commonwealth, Baroness Scotland, f’Marlborough House f’Londra.
Filwaqt li l-Ministru ferħilha għall-ħatra tagħha, hu u s-Segretarju Ġenerali ddiskutew il-programm li għandha l-ħsieb twettaq, fosthom id-drittijiet tan-nisa u l-gender equality
Il-Ministru rrefera għall-bżonn ta’ iktar viżibilità tal-Commonwealth biex ix-xogħol li jwettaq ikun iktar magħruf u apprezzat.
George Vella stieden lis-Segretarju Ġenerali biex iżżur lil Malta fil-futur qarib.
Ritratt: MFA