George Vella f’laqgħa urġenti Ewropea dwar l-Ukraina

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella se jattendi għal-laqgħa urġenti tal-Ministri Ewropej għall-Affarijiet Barranin fi Brussell fejn se tiġi diskussa s-sitwazzjoni kif qed tiżvolġi fl-Ukraina.
Din is-sessjoni hija waħda b’urġenza speċjalment wara li r-Russja bagħtet is-suldati fir-Repubblika tal-Krimea.
L-Unjoni Ewropea se tiddiskuti l-aħjar mod kif jistgħu ikomplu t-taħdidiet għan-negozjati mar-Russja wara l-pożizzjoni li qed jieħu l-Prim Ministru temporanju Ukren.
In-Nazzjonijiet Magħquda wkoll se jieħdu sehem fin-negozjati hekk kif is-Segretarju Ġenerali Ban Ki Moon se jiltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu, Sergei Lavrov f’Ġinevra.