George: it-tarbija li tiżen 7 kilogrammi

Twieldet it-tieni l-ikbar tarbija fir-Renju Unit. George King huwa d-doppju fid-daqs meta mqabbel mat-trabi normali. Mat-twelid huwa kien jiżen 7 kilogrammi. Fil-fatt George kellu jitlibbes ħwejjeġ ħafna ikbar milli soltu jitlibbsu trabi tat-twelid.

Ħadd ma kien jaf li se jkun daqshekk kbir u allura kienet biċċa xogħol kbira biex jitwieled. Fil-fatt huwa għamel madwar 5 minuti mingħajr ossiġnu u ngħata 10% ċans li jsalva. George inżamm l-isptar għal erba’ ġimgħat u t-tobba għadhom qed jippruvaw isibu x’wassal għall-kobor esaġerat tat-tarbija. Fortunatament it-tarbija issa hija b’saħħitha imma l-omm, Jade, qalet li mhux biħsiebha jkollha iktar tfal.