George Floyd: 27 Pulizija ferut waqt protesti f’Londra

Total ta’ 27 uffiċjal tal-Pulizija Ingliżi ġew feruti waqt protesti li saru f’Londra bejn is-Sibt. Il-Pulizija Metropolitana qalet li l-attakki fuq l-uffiċjali huma xokkanti u mhux aċċettabbli.

Fil-biċċa l-kbira tal-protesti li saru lbieraħ kienu paċifiċi iżda dawk qrib l-uffiċċju tal-Prim Ministru f’Downing Street kienu aktar ribellużi.

Il-Pulizija ġew feruti f’dawn il-protesti li qiegħdin isiru mad-dinja kollha kontra r-razziżmu wara l-mewt ta’ George Floyd fl-Istati Uniti. Il-BBC irrapporta li Floyd miet f’Minneapolis fil-25 ta’ Mejju wara li pulizija poġġa rkopptu fuq għonqu anke waqt li kien qed jgħid li ma setax jieħu nifs.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Ingliża rringrazzjat lill-Pulizija li wettqu xogħlhom b’dedikazzjoni u b’mod professjonali.