George Clooney ukoll b’attakk fuq l-Oscars

L-attur Amerikan George Clooney jemmen li l-Akkademja li tivvota għan-nominazzjonijiet u r-rebbieħa tal-Oscars, miexja fid-direzzjoni l-ħażina.
F’intervista li kellu ma’ rivista fl-Istati Uniti, Clooney qal li għat-tieni sena konsekuttiva l-Akkademja naqset li tinnomina attur wieħed ta’ kulur, u li għaxar snin ilu kienet qed tagħmel xogħolha aħjar.
Żied jgħid li l-AfroAmerikani għandhom raġun li jgħidu li l-industrija tal-films mhix tirrappreżentahom biżżejjed.
Bil-messaġġ tiegħu, George Clooney qed jingħaqad ma’ Spike Lee, David Oyelowo u Jada Pinkett Smith li tkellmu dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni u diversità fiċ-ċerimonja tal-Oscars din is-sena.