George Clooney jiżżewweġ l-avukat Amal Alamuddin

Kien jum li kien isostni li qatt mhu ħa jasal, imma l-ġurnata tat-tieġ waslet ukoll għal George Clooney, li ta’ 53 sena żżewweġ avukat tad-drittijiet tal-bniedem, Amal Alamuddin, ta’ 36 sena.
Wara t-tieġ tal-bieraħ, George u Amel dehru għall-ewwel darba fil-pubbliku llum.
Fil-midja internazzjonali kienu ħafna dawk li kkummentaw fuq il-ħwejjeġ tal-koppja miżżewġa l-ġdida. Filwaqt li George kien liebes suit griża, Amel kienet liebsa libsa ta’ Giambattista Valli.
Uħud ikkummentaw ukoll fuq ir-romantiċiżmu li kien hemm bejniethom peress li kienu qed iżommu id xulxin waqt li kienu mixjin.