George Clooney jagħtiha għall-ġobon

L-attur George Clooney qed jittama li l-aħħar negozju li daħal għalih ikunlu suċċess. Dan hu l-importazzjoni ta’ ġobon mill-Italja li skoprih qrib il-villa tiegħu fejn Lake Como fil-belt ta’ Laglio. Clooney, ta’ 58 sena, rebbieħ ta’ żewġ Oscars, beda jimporta dan il-ġobon tan-nagħaġ b’riħa partikolari u b’togħma kemxejn mielħa.

Clooney mhux ġdid għall-importazzjoni għax minbarra l-ġobon Pecorino de Pardu kien beda jbigħ ukoll tequila ta’ kwalità għolja. Meta mbagħad biegħ il-kumpanija li timmanifatturah daħħal mijiet ta’ miljuni għaliha.

Għalissa diġà importa 100 pakkett ta’ qies normali minn dan il-ġobon biex iqassmu lill-ħbieb tiegħu u kummerċjanti f’Los Angeles. Dan il-ġobon niżel tajjeb ma’ Clooney wara li kien dewwaqhulu raħħal bl-isem ta’ Peppino.

Ħabib ta’ Clooney u ta’ martu Amal stqarr li George ma jistax jieqaf jieklu dan il-ġobon. Iġġennen għalih u jħobb jiekol biċċa kbira minnu kważi wara kull ikla.

“Imma,” kompla jgħid dan il-ħabib, “martu mill-ewwel iġġiegħlu jmur inaddaf snienu għax ma togħġobhiex ir-riħa ta’ dan il-ġobon. Imma hi tal-fehma li l-ġobon se jkun suċċess fl-Istati Uniti.