George Abela, Qalb in-Nies

Il-parti l-kbira ta’ ħajjet George Abela kienet fil-ħajja pubblika.  Terraq minn kariga ghall-oħra, u tul il-proċess in-nies segweh u analizzawh. 
George Abela, Qalb in-Nies hu ktieb ġdid li se joħroġ hekk kif George Abela itemm il-Presidenza tiegħu. 

Il-ktieb hu maqsum b’żewġ partijiet. Dr Andrew Azzopardi jikteb ġrajjet il-President wara li ltaqa' u ddiskuta miegħu diversi temi u esperjenzi li għadda minnhom. Segwih waqt attivitajiet uffiċjali u lil hinn mill-ħidma presidenzjali. Tkellem ma' nies li jafuh sew, b'kummenti wkoll tal-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil u l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li huma ppubblikati fil-ktieb.  

George Abela, Qalb in-Nies, jinkludi wkoll sensiela ta' artikli, minn persuni awtorevoli li janalizzaw il-ħidma li wettaq il-President f'oqsma differenti.  Fosthom dawn jinkludu kitbiet minn Imħallef, Isqof li kienu ħbieb fit-tfulija, psikjatra, lecturers fl-Universita’, trejdunjonisti u analisti. 

Aktar minn 130 ritratt huma inklużi f'dan il-ktieb li jkopru l-ħajja tal-President mit-tfulija sal-aħħar attivitajiet u inizjattivi li qed jagħmel fil-kariga. B’ritratti li qed jiġu pubblikati wkoll għall-ewwel darba.

Il-ktieb jista' jiġi ordnat minn issa fuq www.kitegroup.com.mt jew permezz ta’ formoli li qed jinbagħtu fid-djar bħalissa.  Il-ktieb se jkun f’edizzjoni hardback u paperback u min jixtri l-ktieb ikun qed jgħin lill-Malta Community Chest Fund.

Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar, il-President George Abela se jkun qiegħed jiltaqa’ mal-pubbliku f’Sant Anton fejn se jkun hemm ukoll book signing sessions.