Ġensna se tittella’ fl-MFCC f’Ta’ Qali kif ippjanat

Il-produzzjoni Ġensna se jittella’ kif ippjanat fl-MFCC f’Ta’ Qali nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej.
Fi stqarrija, il-producer tal-produzzjoni qal li l-musical se jibda fit-8pm.
Esprima wkoll is-solidarjetà mal-erba’ ħaddiema li weġġgħu fl-inċident ta’ nhar it-Tnejn.
Sadanittant għadu fil-periklu tal-mewt, ir-raġel ta’ 48 sena mill-Fgura li weġġa’ meta ċediet parti mill-istruttura tat-tinda waqt li kien qed jintrama l-palk bi tħejjija għal din il-produzzjoni.

Ritratt: Media Police