​Ġenituri ta’ persuni b’diżabilità mħeġġa jressqu l-ideat tagħhom

Disability forum

Il-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità ġew imħeġġa li jressqu l-ideat u d-diffikultajiet tagħhom quddiem is-Segretarjat għal Persuni b’Diżabilità biex it-tfal tagħhom jgħixu ħajja dinjituża f’soċjetà inklussiva
Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità Anthony Agius Decelis ħeġġiġhom biex jagħmlu dan waqt attività li saret mis-Soċjetà Nazzjonali tal-Ġenituri ta’ Persuni b’Diżabilità
Agius Decelis sema’ kummenti mingħand dawk preżenti, fosthom rappreżentanti tas-soċjetà, ġenituri, u persuni b’diżabilità.
Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott