Petizzjoni onlajn qed titlob sabiex l-iskejjel lokali ikollhom il-klassijiet mgħammra bl-air conditioning.
Il-petizzjoni tgħid li s-sħana hija insapportabbli speċjalment matul is-sajf, meta bosta ġenituri qed jagħmlu użu aktar frekwenti mill-iskola sajf.
Ġie spjegat li l-Gvern jista’ jsolvi l-problema ta’ kontijiet tad-dawl għoljin billi jinstalla pannelli solari fuq il-bjut tal-iskejjel sabiex jiġġeneraw l-enerġija tagħhom stess.
S’issa 1, 220 persuna ffirmaw din il-petizzjoni.
Tista’ tiffirma l-petizzjoni minn hawn.